Is-sitwazzjoni fi ħdan il-Knisja Maltija bħalissa, fid-dawl ta’ diversi stejjer u aħbarijiet li ħarġu fl-aħħar jiem, se tkun fuq l-aġenda tal-edizzjoni ta’ din il-ġimgħa tal-programm “Iswed fuq l-Abjad”, li bħas-soltu jixxandar kull nhar ta’ Erbgha fuq NET Television wara l-bulettin ta’ NET News.
Fil-programm tal-lum, il-preżentatur Frank Psaila se jkollu bħala mistieden fl-istudio lil Dun René Camilleri, li jitkellem dwar diversi punti marbutin mas-sitwazzjoni tal-Knisja f’Malta bħalissa. B’mod partikolari titratta t-tmexxija attwali tal-Knisja, dwar il-każ tal-eks Kappillan tal-Imġarr li tneħħa mill-kariga, dwar il-bidliet meħtieġa fil-Knisja u rapport li kien ħejja dwar dan, kif ukoll dwar x’fissret jew x’suppost li kellha tfisser, il-ħatra ta’ Mons Charles Scicluna bħala Isqof Awżiljarju u Vigarju tal-Arċidjoċesi.
Il-mistieden fit-tieni parti tal-programm hu l-President tal-GRTU Paul Abela.
//= $special ?>

