Il-bieraħ f’Ta’ Qali ittellgħu l-poloz tal-ewwel u tat-tieni rawnd tas-77 edizzjoni tal-FA Trophy. F’dawn iż-żewġ rawnds se jikkompetu timijiet tal-Ewwel Diviżjoni, tat-Tieni Diviżjoni, tat-Tielet Diviżjoni u minn Għawdex. L-ewwel rawnd ikun riservat għal timijiet mit-Tielet Diviżjoni u għall-klabbs Għawdxin filwaqt li fir-rawnd ta’ wara jidħlu fl-azzjoni t-timijiet tal-Ewwel u tat-Tieni Diviżjoni. Il-klabbs tal-kampjonat BOV Premier jibdew jilagħbu mit-tielet rawnd ‘il quddiem.
Tliet klabbs Għawdxin, Għarb Rangers, Sannat Lions u Żebbuġ Rovers ma applikawx biex jieħdu sehem. Ta min jinnota li din is-sena, t-trophy għadha bla sponsor ewlieni. F’diskors qasir li għamel is-Segretarju ġdid tal-MFA Bjorn Vassallo irringrazzja lil Maltco Lotteries talli tul dawn l-aħħar snin kienu huma l-isponsor ewlieni tal-kompetizzjoni.
Vassallo spjega li minn dan l-istaġun, jekk it-tim li jirbħ it-trophy jkun diġa’ ċert minn post fl-Ewropa, it-tellief fil-finali ma jikkwalifikax għal kompetizzjoni fl-Ewropa.
L-ewwel rawnd se tintlagħab bejn it-3 u t-8 ta’ Settembru filwaqt li t-tieni rawnd tintlagħab bejn l-24 u s-26 ta’ Ottubru. It-tielet rawnd ta’ din il-kompetizzjoni tintlagħab bejn it-28 ta’ Diċembru u t-3 ta’ Diċembru. Ir-raba’ rawnd tintlagħab bejn is-17 u l-21 ta’ Jannar filwaqt li l-kwarti tal-finali jsiru fit-13 u fl-14 ta’ Frar. Is-semifinali jsiru fis-16 u fis-17 ta’ Mejju filwaqt li l-finali ssir fl-24 ta’ Mejju.
Il-poloz:
L-ewwel rawnd:
Oratory Youths vs Luqa SA
Xewkija Tigers vs Kirkop Utd
Qrendi vs Marsaxlokk
Xagħra Utd vs Nadur Youngsters
Mdina K. vs St. Lawrence Spurs
Marsaskala vs Sta. Venera L.
Għajnsielem vs Mtarfa
Mġarr Utd vs Kalkara
Qala Saints vs Santa Lucia
SK Victoria Wanderers vs Munxar F.
Kerċem Ajax vs Attard
Ta’ Xbiex vs Victoria H.
It-Tieni rawnd:
Rebbieħ partita 10 vs Rebbieħ partita 2
Fgura Utd vs Rebbieħ partita 4
Melita vs Żejtun Corinthians
Msida St. Joseph vs Marsa
Sirens vs San Ġwann
Żabbar St. Patrick vs Rebbieħ partita 9
Mellieħa vs Rebbieħ partita 12
Ħamrun S. vs Vittoriosa S.
Xgħajra T. vs Siggiewi
Gżira Utd vs Ghaxaq
Lija A. vs Rebbieħ partita 1
Dingli Swallows vs Zurrieq
Rebbieħ partita 7 vs Gudja Utd
Rebbieħ partita 8 vs Swieqi Utd
Għarghur vs Rebbieħ partita 5
Birzebbuga St. Peter’s vs Rebbieħ partita 11
Pembroke Athleta vs Rabat Ajax
Mqabba vs Senglea Athletic
Rebbieħ partita 3 vs Rebbieħ partita 6
St. George’s vs St. Andrews


