Il-Qorti tal-Appell Kriminali bidlet sentenza ta’ sentenza sospiżi għal waħda ta’ ħabs effettiva u kkundannat raġel ta’ 47 sena li naqas li jħallas mis-sehem tiegħu ta’ sigaretti misruqin li b’kollox kienu jġibu l-valur ta’ €88,000.
F’Novembru li għadda Victor Scerri ta’ 48 sena, u ibnu Manuel ta’ 21 sena minn Bormla u Emanuel Meilak ta’ 21 sena mill-Kalkara, kienu nstabu ħatja li serqu bi €88,000 f’sigaretti għad-dannu ta’ min kien iaħddimhom, li għandu l-kumpanija Antonio Piscopo Wines and Spirits.
Mill-provi rriżulta li bejn Frar tal-2012 u Mejju tal-2013 it-tliet irġiel kienu jippakkjaw 200 kartuna sigaretti f’kaxxi qabel ma jgaħbbuhom fil-karozzi tagħhom mill-bieb ta’ wara tal-ħanut. Id-difiża u l-Prosekuzzjoni ma kienux qablu dwar il-valur tas-sigaretti u dan fuq kemm jiġu lin-negozjant u kemm finalment ibiegħhom. Wara li sar stħarriġ permezz ta’ awditjar, irriżulta li dawn kellhomn il-valur ta’ €88,000.
Il-Qorti preseduta minn dik li kienet il-Maġistrat Edwina Grima, illum Imħallef kienet ikkundannat lill-irġiel sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, u ordnat li dawn jitħallsu f’perjodu ta’ sitt xhur. Meilak kien ħallas sehemu, li kien ta’ madwar €29,000, filwaqt li Manuel Scerri, kien laħaq ftehim mal-kumpanija dwar il-ħlas.
Madankollu Victor Scerri naqas li jħallas għas-sigaretti, u l-Qorti reġgħet bdiet proċeduri kriminali dwar il-każ kontrih. Il-Maġistrat Francesco Depasquale bidel sentenza sospiża għal waħda effettiva, u bagħat lil Scerri għal sentejn ħabs.
//= $special ?>
