Nicholas Anthony Fenech ta’ 40 sena mill-Belt u Daryl Mark Pace ta’ 21 mill-Ħamrun ingħataw sentenza sospiża wara li ammettew li t-Tlieta li għadda ppruvaw jisirqu minn ħanut fl-Imsida. Huma ammettew mill-ewwel li għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu ppruvaw jisirqu mill-ħanut ‘Medo Grill’.
Il-Pulizija kienet ġiet infumata bil-każ permezz ta’ telefonata anonima li nfurmathom li żewġ persuni armati b’ħadida kienu qedgħin jippruvaw jisgassaw tieqa ta’ l-imsemmi ħanut. Huma ġew infurmati wkoll li ż-żewġ persuni kienu qedgħin jużaw karozza ta’ tip Mazda.
Meta marru fuq il-post il-Pulizija sabet it tieqa imkissra, u ftit ta’ ħin wara nstabet il-karozza, irreġistrata fuq Lisa Pace, omm wieħed Daryl Mark Pace, li ammetta li kien qed isuq il-karozza li fiha nstabu diversi oġġetti relatati mal-każ. Huwa ittieħed id-Depot tal-Pulizija fejn ftit tal-ħin wara mar Fenech minn jheddu.
L-irġiel ammettew l-akkużi miġjubin kontrihom u Nicholas Anthony Fenech ġie kundannat sena ħabs sospiża għal tnejn. Darryl Mark Pace instab ħati wkoll li kiser kundizzjoni tal-Qorti hekk kif wettaq ir-reat waqt perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża li kienet ingħatatlu f’Marzu li għadda.
Madanakollu l-Avukat Simon Micallef Stafrace qal li peress li kkopera mill-ewwel is-sentenza oriġinali ta’ senejn ħabs sospiżi għal erbgħa għandha terġa’ tibda. Il-Qorti wisset lil Pace li dan kien se jkun l-aħħar ċans tiegħu.
//= $special ?>

