Lokali

Tifel ta’ tliet snin jaħrab mill-iskola tal-Fgura

Tifel ta’ tliet snin ħarab minn skola fil-Fgura u ħadd ma nduna. Il-każ seħħ waqt li t-tifel kien qed jattendi l-Iskola Sajf fl-iskola Thomas Moore tal-Fgura, ħareġ mill-iskola u nstab quddiem supermarket fi Triq is-Suq. Jirriżulta li kienet mara li sabet li-tifel waħdu u ħadet ħsiebu. Dwar dan il-każ sar rapport fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal.

L-iskola Sajf ta’ ddin i-ssen abdiet b’kontrovrja u fil-fatt ma fetħix mill-ewwel kif kien isir fil-passat.

Dan minħabba nuqqas ta’ organizzazzjoni mill-awtoritajiet. Quddiem din is-sitwazzjoni kienu impjegati numru ta’ LSAs li jidher li ma klelhomx l-esperjenza meħtieġa dwar kif jimmaniġġajaw lit-tfal tul il-ħinijiet kollha tal-iskola.

Sadanitant fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista jinsab ixxukjat bl-aħbar li tifel ta’ tliet snin ħarab minn skola minn taħt għajnejn l-edukaturi.

Dan mhux każ li fih għandha tidħol il-politika partiġġjana, iżda huwa każ li fih wieħed għandu jaħseb fuq is-sigurta’ tat-tfal tagħna fl-iskejjel, mhux biss fix-xitwa iżda anke fis-sajf.

L-Partit Nazzjonalista kompla li ma jistax ikun li l-ġenituri jibgħatu lil uliedhom l-iskola u ma jkollhomx rashom mistrieħa li uliedhom qed jingħataw l-aqwa edukazzjoni, iżda rashom mistrieħa wkoll li jinsabu fl-aqwa ambjent.

Sfortunatament, dan il-każ huwa riżultat tal-amministrazzjoni ħażina li l-programm Skola Sajf esperjenza sa mill-ewwel ġurnata tiegħu f’dan is-sajf.

Il-Partit Nazzjonalista kkonkluda li t-tfal tagħna, inkluż il-ġenituri tagħhom, jixirqilhom ħafna aħjar.