Lokali

U-Turn minn naħa tal-Gvern

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo jsostni li minkejja li l-Gvern iddiskuta fil-Parlament l-avviż legali kontroversjali li bih kien se jkollu aċċess għal informazzjoni personali u sensittivi fuq l-istudenti, l-intenzjoni tal-Gvern qatt ma kienet li dan fil-fatt jgħaddi mill-Parlament kif tressaq għaliex il-Gvern ried jisma’.

Din il-pożizzjoni l-Ministru Evarist Bartolo espriema ma’ dan l-istazzjon meta kien mistoqsi fuq liema bażi l-Gvern l-ewwel ressaq l-Avviż legali li qajjem kontroversja u wara għamel U-Turn biex spiċċa biddlu, u ta raġun lil dak li kienet qed tgħid l-Oppożizzjoni.