Il-midfielder offensiv Rafael van der Vaart se jirritorna fl-iskwadra Olandiża wara li ġie imsejjaħ mill-kowċ il-ġdid Guus Hiddink. Hiddink, li ħa post Louis Van Gaal sejjaħ skwadra ta’ 25 plejer li se jilagħbu żewġ logħbiet f’Settembru li ġej, waħda ta’ ħbiberija fil-5 ta’ Settembru u oħra kontra r-Repubblika ?eka. It-tieni logħba se tkun l-ewwel logħba mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016. Van der Vaart ilu ma jilgħab mal-Olanda sa minn Novembru tal-2013 meta dakinhar l-Olanda kienet temmet fi draw ta’ 0-0 kontra l-Kolombja. Van der Vaart, li għandu 31 sena kellu diversi injuries fl-istaġun li għadda. Mit-23 plejer li ħadu sehem fit-Tazza tad-Dinja, Hiddink ħalla barra lil Jonathan de Guzman u lil Terence Kongolo.
//= $special ?>Van der Vaart lura fl-iskwadra Olandiża


