Rumen li għamilha ta’ “courier” tad-droga ġie kundannat 14-il sena ħabs u mmultat €30,000 mill-Imħallef Michael Mallia, wara li ammetta minflok għadda ġuri li fit-23 ta’ April ta’ tliet snin ilu mporta f’Malta żewġ kilos u 524.5 grammi ta’ kokaina.
Din id-droga kellha purita` ta’ 30.1 fil-mija u kienet ġġib fit-triq €191,862.
Csaba Fazakas li għandu 65 sena, kien arrestat fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta mill-iskwadra ta’ kontra d-droga wara li dawn kienu nfurmati minn uffiċjali tad-dwana, ftit wara l-wasla tieg ħu minn Zurich, l-Isvizzera.
Huwa kienwasal fuq titjira tal-Air Malta. Id-droga nstabet f’żewġ pakketti f’qieg ħ falz tal-bagalja tiegħu. Mill-provi rriżulta li r-Rumen kien ftiehem ma’ persuna o ħra barra minn Malta li kellha għaddielu l-imsemmija droga biex imbag ħad jimportaha u jikkonsenjaha lill-persuni oħra f’Malta. Għas-servizz tiegħu li jġorr u jittraffika d-droga kokaina, huwa kellu jit ħallas ammont konsiderevoli ta’ flus.
Ir-Rumen wasal Malta wara li qabad titjira mir-Rumanija u g ħadda mill-Olanda, Brussel u Zurich għall-Malta. Huwa ammetta wkoll li d-droga kienet fil-pusses tiegħu f’ċirkostanzi li juru ma kienitx g ħal użu esklussiv tieg ħu u li assoċja ruħu ma’ persuni oħra biex jittraffika d-droga.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti qieset għadd ta’ fatturi fosthom il-gravita’ tar-reat, l-ammont tad-droga mportata u l-purita’ tagħha u l-fatt li ammetta minflok għadda ġuri. Il-Qorti ordnat ukoll id-distruzzjoni tad-droga kollha maqbuda.
//= $special ?>

