Lokali

Aġġornata: Raġel jinqatel fi sparatura fil-Fgura

Għall-ħabta tad-21,30 seħħet sparatura fi Triq Mahatma Gandhi (viċin il-Housing Estate), fil-Fgura.  F’dawn l-aħħar jiem, il-vittma, Jonathan Pace ta’ 31 sena, kien jinsab għaddejj proċeduri l-Qorti, fejn huwa mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ Vince Muscat magħruf bħala “Il-Koħħu”. Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lil Pace għal aktar kura fl-isptar Mater Dei.

Fil-ħin tal-inċident kien hemm numru ta’ nies preżenti. Pace, li huwa s-sid ta’ Tyson Butcher, jidher li kien intlaqat serjament f’sidhru.

Għall-ħabta tal-22.50 sorsi qalulna li r-raġel miet kawża tal-grieħi li sofra fl-isparatura u minħabba l-ammont kbir ta’ demm li tilef.

10620654_10152692353326255_7815307865484177396_n

10565142_10152692353221255_8162014874769764303_n  10577195_10152692354196255_1721684619529720956_n