Qed ikomplu deħlin aktar reazzjonijiet negattivi għad-deċiżjoni tal-Gvern li ma jagħtix kumpens lin-negozji li sofrew danni kawża tal-blackout totali tal-ġimgħa li għaddiet. Dan wara li ċerti lokalitajiet qattgħu kważi ġurnata sħiħa bla dawl, f’sitwazzjoni li kien ilha ma tiġri snin twal.
F’kummenti lil MaltaRightNow.com, il-President tal-Union Ħaddiem Magħqudin (UĦM) Jesmond Bonello qal li mill-€25 li ħabbar li se jagħti l-Gvern lid-djar, mhux kulħadd se jgawdi. Fuq kollox, sostna l-President tal-UHM, il-union tispera li dawn l-affarijiet ma jerġgħux jirrepetu ruħhom. Bonello qal li mhux biss kien hemm familji li batew il-konsegwenzi, iżda wkoll negozji u fabbriki li jimpjegaw numru ta’ ħaddiema.
Min-naħa tiegħu, il-President tal-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin (CMTU) William Portelli ukoll sostna li n-negozji kellhom jingħataw xi forma ta’ kumpens ukoll.
//= $special ?>

