Hekk kif fl-aħħar jiem, fil-ġurnali lokali saru diversi kummenti dwar it-tmexxija attwali tal-Knisja f’Malta minn opinjonisti jew persuni differenti, inkluż persuni fi ħdan il-Knisja stess, il-programm tal-bieraħ “Iswed fuq l-Abjad” fuq NET Television tratta l-qagħda tal-Knisja f’Malta.
Il-mistieden tal-Avukat Frank Psaila kien Dun Rene Camilleri, li tkellem dwar diversi temi differenti. Hu rrefera wkoll għal dokument li hu u żewġ Saċerdoti oħrajn kienu tqabbdu jagħmlu dwar il-bidliet meħtieġa fil-Knisja. Dun Rene staqsa wkoll jekk hemmx min qed iżomm milli ssir il-bidla fil-Knisja. Filwaqt li tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni li, fl-opinjoni tiegħu, jinsab fiha l-Isqof Awżiljarju Mons Charles Scicluna, Dun Rene rrefera wkoll dwar l-istorja riċenti li żviluppat fil-media dwar il-Kappillan tal-Imġarr, li tneħħa minn din il-kariga b’deċiżjoni mill-Kurja.
Sadanittant, fit-tieni parti tal-programm, il-preżentatur kellu diskussjoni mal-President tal-GRTU Paul Abela.
//= $special ?>