Qorti

Jibqa’ arrestat wara li kien mixli li pprova jisraq il-karozza ta’ Spettur

Raġel ta’ 46 sena mill-G żira n żamm taħt arrest preventiv wara li tressaq il-Qorti mixli li nhar l-Erbg ħa li għaddew għall- ħabta tal-5.00 p.m. ipprova jisraq il-karozza tal-Ispettur Pierre Micallef Grimaud.

 

Il-karozza tal-Ispettur dak il-ħin kienet ipparkjata fi Triq il-Knisja f’San Ġiljan. Simon Peter Chircop kien mixli wkoll li għamel  ħsara fuq l-istess karozza. Fil-Qorti saret talba mill-avukat tal-għajnuna legali, Noel Bartolo għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Ispettur Trevor Micallef oppona bil-qawwa kollha minħabba l-gravità tal-każ.

 
Huwa qal ukoll li l-akku żat hedded lill-Ispettur Micallef Grimaud li se jkissirlu l-karozza. Dan filwaqt li Chircop għandu wkoll kondotta kkulurita. Il-Maġistrat Neville Camilleri ċaħad it-talba tad-difiża u l-imputat baqa’ miżmum arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.