Lokali Mużika

Kunċerti orkestrali bejn it-28 t’Awwissu u t-12 ta’ Settembru

Organizaturi tal-First Malta International Organ Festival ikkonfermat l-artisti u l-iskeda tal-kunċerti li ser torganizza bejn it-28 t’Awwissu u 12 ta’ Settembru.

Wayne Marshall li huwa organista mill-Ingilterra ser jiftaħ is-serata ta’ kunċerti fil-Katidral Anglikan ta’ San Pawl fil-Belt Valletta. Artisti oħrajn huma Erwin Wiersinga mill-Olanda, Vladimir Suzdalevich minn-Norveġja, Irina Rozanova, Vladimir Shliapnikov mir-Russja u Gianluca Libertucci wieħed mill-aqwa organista fl-Italja u fid-dinja u li bħallissa jdoqq ġewwa l-Basilika ta’ San Pietru fil-Belt tal-Vatikan fil-konfini ta’ Ruma.

Fost ħafna mużiċisti barranin li se jieħdu sehem f’dawn il-kunċerti nsibu wkoll bosta Maltin li fost l-oħrajn insibu lil Joseph Lia, Dion Buhagiar, Francesca Buhagiar, Graziella Debattista, John Aquilina u Alfred Feenech. Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Settembru se ddoqq l-Banda tal-Pulizija (Malta Police Band) fil-katidral Anglikan.

L-għeluq tal-kunċerti jew kif isejħulu ħafna il-Gran Final ser ikun fit-12 ta’ Settembru fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta u se jibda għall-ħabta tas-19,30. Il-mużiċisti għal dan il-kunċert huma Andres Uibo, Dmitry Banaev u Kalypso Ensemble

Id-dħul għal dawn il-kunċerti huwa b’xejn madankollu l-postijiet huma limitati. Għad-dettalji tistgħu tidħlu fuq is-sit uffiċjali: www.maltaorganfestival.com

Għall-aktar informazzjoni tistgħu tibgħatu email fuq david@tactic.com.ly