L-Ebola hija marda serjament fatali fir-razza umana u r-rati ta’ mwiet ilaħħqu għal madwar 90%. L-ebola faqqat primarjament fl-irħula remoti tal- Afrika tal-Punent kif ukoll l-Afrika Ċentrali, u ġiet introdotta fil-popolazzjoni umana permezz ta’ kuntatt mill-qrib mad-demm, tnixxijiet, organi jew fluwidi oħra tal-ġisem ta’ annimali infettati. Sintomi tagħha jibdew minn jumen sa tliet ġimgħat wara li l-virus jolqot il-ġisem, b’deni, uġiegħ fil-griżmejn, uġiegħ fil-muskoli u uġiegħ ta’ ras – is-sintomi jixxiebħu ħafna lil dawk tal-Influwenza. Tipikament, rimettar, dijarrea u raxx, isegwu, flimkien ma’ nuqqas ta’ funzjonament tal-fwied u l-kliewi. In-nies affettwati jistgħu jibdew jbatu minn emoraġijji interni u esterni.
L-aħħar tifqiegħa seħħet f’Marzu 2014, fejn l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) irrapportat l-Ebola fil-Ginea, fl-Afrika tal-Punent. Din kienet l-akbar li qatt kienet iddokumentata, u l-ewwel waħda rreġistrata f’dan ir-reġjun partikolari. Sa’ nofs Awwissu, aktar minn 2,100 każ ssusspettat, li fihom jinkludu madwar 1,500 każ fatali, ġew rrapurtati – pero l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qed tisħaq li dawn ir-rati jistgħu jiġu sottovalutati.
L-għaqda ta’ l-istudenti tas-Saħħa ġewwa l-Universita’ ta’ Malta (MHSA) tixtieq tħabbar li ser torganizza “seminar” informattiv fil-ġimgħat li ġejjin dwar il-periklu tal-marda ta’ l-Ebola u li kulħadd huwa mistieden sabiex jattendi. Id-Doctors without Borders riċentament ddeskrivew s-sitwazzjoni bħala “katastrofika” u li qed “tiddeterjora kuljum”, l-MHSA ħasset li lokalment għad ma kienx hemm daqshekk tagħrif daqs kemm hu mixtieq.
//= $special ?>