Internazzjonali

Libja: Jirriżenja uffiċjal taż-żejt

Omar Shakmak, il-Viċi Ministru Libjan responsabbli miż-Żejt u li kien qed jaġixxi bħala l-Uffiċjal Ewlieni tal-Libja f’dan il-qasam, irriżenja mill-kariga. Intant, uffiċjali tal-Kumpanija taż-Żejt Nazzjonali – entità kkontrollata mill-Istat u li hi ssorveljata mill-Ministeru taż-Żejt – qalu li l-Kap preżenti ta’ din il-kumpanija, Mustafa Sanalla, inħatar formalment biex jieħu post Shakmak bħala l-Viċi Ministru għaż-Żejt.

 
Shakmak kien ilu jmexxi d-dekasteru inkwistjoni f’kariga proviżorja mindu warrab l-eks-Ministru taż-Żejt, Abdelbari el-Arousi, f’Jannar li għadda.

 

Intant, Shakmak informa lill-Wall Street Journal li hu kien se jirriżenja fuq talba tal-Prim Ministru Libjan, Abdullah al-Thani. Fl-istess ħin, hu ma ħariġx bi spjegazzjoni għal din il-miżura u kkummenta biss li ma kienx hemm raġunijiet negattivi.