Lokali Mużika

Mark Spiteri Lucas: Il-mużika f’Sebaħ Jum hi waħda li tappella għal kulħadd..

Il-mużika f’Sebaħ Jum hi waħda li tappella għal kulħadd għax tkopri diversi stili, minn dak tas-Snin Sittin għal oħrajn ritmiċi u moderni.

Mark Spiteri Lucas ħa ħsieb il-mużika ta’ dan il-musical u fisser l-entużjażmu u l-kburija tiegħu li kien involut f’dan il-proġett.

Il-kompożitur ried li l-musical jappella għal kulħadd.

Mark Spiteri Lucas qal li hemm ukoll stili oħrajn bħal Rumba, Rock, Funk.

Kollox ma’ kollox, sostna Mark Spiteri Lucas, jekk ma jkollokx l-għaqda bejn il-lirika, il-mużika, l-interpretazzjoni u d-direzzjoni, il-proġett kollu ma jdoqqx u ma jkunx hemm il-chemistry bejn l-aspetti kollha tal-musical.