Nemeth Arpad, Ungeriż ta’ 38 sena, mar tmien snin ħabs u mmultat is-somma ta’ €23,000 mill-Imħallef Michael Mallia wara li ammetta minflok għadda ġuri li mportaf’Malta 57 kapsola ta’ droga kokaina li kien fihom 600 gramma. Il-kapsoli kienu moħbijin fl-istonku tal-Ungeriż.
Il-każ kien ġara fit-18 ta’ :unju tas-sena l-oħra wara li Nemeth Arpad wasal f’Malta fuq titjira minn Madrid. Ftit wara l-wasla tioegħu f-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, Uffiċjali tad-Dwana ġiehom suspett fih minħabba li deher aġitat u waqqfuh. Aktar tard kienu nfurmati l-Pulizija mit-Taqsima ta’ kontra d-droga.
Wara investigazzjoni li saret, irriżulta li fl-istonku tal-Arpad instabu 57 kapsola bil-kokaina. Mill-provi rriżulta li Arpad kien avviċinat minn persuna barranija biex jagħmel dan id-deal għas-somma ta’ €700.
Peress li ammetta, Arpad instab ħati li assoċja ruħu ma’ persuni barranin biex jitraffika d-droga kokaina u li kellu fil-pussess tiegħu l-imsemmija droga li nstabet f’ċirkosntanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.
//= $special ?>

