Futbol Sport

Żewġ akkwisti kruċjali għall-Floriana FC

Il-goalkiper il-ġdid ta’ Floriana FC hu t-Taljan Valerio Senatore li għandu 27 sena u hu twil 193 ċentimetri.

Senatore kien qed jilgħab l-aħħar fis-Serie D Taljana ma’ Fondi Calcio. Hu lagħab ukoll ma’ Genoa, Scafatese, Cavese, Crotone, US Vibonese u Campobasso Calcio.

Senatore tħarreġ ma’ Floriana FC u ffirma l-kuntratt ilbieraħ biex is-Sibt ikun jista’ jilgħab kontra Sliema Wanderers.

Floriana FC ukoll akkwistaw id-difenżur Douglas Cobo, 27, li huwa prodott ta’ Sao Paolo. Huwa kien jilgħab fl-ewwel diviżjoni fit-Tajlandja.

Sadanittant Floriana taw ir-release lill-gowlkiper ta’ 28 sena Sean Mintoff. Kelliem għall-klabb qal li din id-deċiżjoni ttieħdet wara li Mintoff xtaq li jkun parti minn tim fil-Kampjonat Premier fejn jilgħab regolari.