Internazzjonali

Aktar minn 191,000 mejtin fil-konflitt fis-Sirja

Il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet Umani qalet li tilfu ħajjithom ‘il fuq minn 191,000 persuna fil-konflitt tas-Sirja< b'din iċ-ċifra tkun valida sax-xahar ta' April.

Fil-fatt, Navi Pillay sostniet liċ-ċifra tista' anki tkun waħda 'konservattiva', filwaqt li kkritikat l-atteġġjament tal-barranin għall-kriżi tas-Sirja bħala wieħed li qed jixhed 'stat ta' paraliżi fuq livell internazzjonali'. Hi, sadanittant, sostniet li 'l-qattiela u l-forzi tal-qerda fis-Sirja sfruttaw din il-paraliżi biex irabbu il-kuraġġ u s-saħħa.'

L-ammont tal-mejtin fil-konflitt tas-Sirja hu aktar mid-doppju tal-istima li ħarġet biha n-NU, daqs sena qabel.

L-akbar ammont ta' imwiet dovuti għall-konflitt kienu rreġistrati fil-provinċja ta' Damasku fejn irriżultaw 39,393 vittma. Il-qtil spikka wkoll fl-inħawi ta' Aleppo, u fejn tilfu ħajjithom madwar 31,932 persuni.