Lokali

Dehra rari tal-ħuta ‘Mola Mola’ f’Għawdex

Il-‘Mola Mola’ magħrufa wkol bħala ‘Sunfish’ intlemħet fl-ibħra Maltin ilbieraħ.

Il-‘Mola Mola’ dehret fl-inħawi ta’ Wied il-Mielah, f’Għawdex. Din hi dehra rari ta’ din il-ħuta fl-ibħra tat-territorju Malti.

Il-ħuta hi twila madwar 3 metri u kienet ta’ spettaklu għall-għaddasa. Minkejja d-daqs tagħha ma toħloq l-ebda theddid għall-bniedem.

L-isem komuni ‘Sunfish’ oriġina minn imġiba komuni tal-ħuta, ħabba li ta’ spiss tidher fil-wiċċ tal-baħar ‘tixxemex’.

Filmat ta’ Erik van der Goot‎