Il-kawża tal-mewt tal-attur, Robin Williams, għadha ‘taħt investigazzjoni’, madankollu, RadarOnline.com għandu informazzjoni esklussiva fis-sens li l-katavru ta’ Williams għadda minn proċess ta’ kremazzjoni u bl-irmied jixtered fil-Bajja ta’ San Francisco.
Qed jingħad li l-kremazzjoni seħħet jum biss wara l-mewt ta’ Williams, fit-12 ta’ Awwissu, u bl-Istat ta’ California joħroġ ċertifikat tal-mewt uffiċjali bid-data tal-20 ta’ Awwissu. Iċ-ċertifikat jikkonferma li l-attur miet fid-dar tiegħu f’California u wara li hu (bħalma irrapporta Radar, qabel,) kien instab mgħallaq biċ-ċinturin tiegħu stess. Intant, kellhom isiru xorta l-provi tossikoloġiċi qabel tista’ tingħata l-kawża tal-mewt uffiċjali.
//= $special ?>