Lokali

Ħal Qormi reġa’ bla dawl

Parti kbira minn Ħal Qormi għal darb’oħra tinsab bla dawl, hekk kif is-servizz tal-elettriku telaq għall-ħabta ta’ 00:15.

Ħal Qormi kien wieħed mill-lokalitaljiet li nhar it-Tlieta 12 ta’ Awwissu qatta aktar minn 12-il siegħa bla dawl. Dan wassal biex diversi persuni sofrew ħsarat fi djarhom, fosthom f’kompjuters, fridges, air conditioners u apparat ieħor, kemm għax għall-ewwel id-dawl batta umbagħad inqata’ għal kollox, kif ukoll għax dam ħafna ma ġie.