Is-sewwieq tal-Mercedes Lewis Hamilton irreġistra l-aħjar ħin waqt it-tieni sessjoni ta’ provi liberi għall-Grand Prix ta’ tmiem il-ġimgħa fil-Belġju. Dan hu l-ewwel GP wara l-waqfa tas-sajf u bħalissa Hamilton qiegħed fit-tieni post tal-klassifika, 11-il punt taħt il-lider Nico Rosberg. Dan tal-aħħar, sewwieq tal-Mercedes irreġistra l-aħjar ħin waqt l-ewwel sessjoni ta’ provi. Fl-ewwels essjoni Rosberg kien għamel ħin ta’ 1.51.577′ filwaqt li l-aħjar dawra li għamel Hamilton fit-tieni sessjoni kien dak ta’ 1.49.189′. It-tielet l-aħjar ħin waqt it-tieni sessjoni għamlu Fernando Alonso tal-Ferrari. Iċ-champion renjanti Sebastian Vettel tar-Red Bull kellu problema fil-magna u b’hekk ma ħax sehem fit-tieni sessjoni. Fl-ewwel sessjoni Vettel kien diżappuntanti u irreġistra il-11-il aħjar ħin. Dan l-istaġun s’issa kien iddominat mill-koppja tal-Mercedes u fil-fatt minn 11-il tellieqa, tnejn minnhom intrebħu minn Daniel Ricciardo tar-Red Bull u l-bqija intrebħu minn Hamilton u Rosberg.
//= $special ?>Hamilton l-aktar veloċi fil-Belġju
