Internazzjonali

Ifeġġ każ suspettat tal-virus fl-Irlanda

Il-katavru ta’ raġel fl-Irlanda qed ikun eżaminat minħabba suspetti li miet bl-Ebola wara li kien irritorna minn żjara fi Sierra Leone. Ir-raġel instab mejjet wara li mar jorqod jilmenta li kellu sintomi simili għall-influwenza.

Sadattant is-Senegal għalaq il-fruntiera mal-Guinea minħabba l-Ebola filwaqt li fil-Kongo hemm suspetti li 70 persuna mietu minħabba din il-marda wkoll fil-provinċja ta’ Equateur. Il-Kongo kien il-pajjiż fejn fis-snin Sebgħajn kienet feġġet għall-ewwel darba l-Ebola u dan kien proprju f’Equateur. Apparti l-mejta hemm ukoll mal-500 persuna li huma morda serjament imma b’xiex għadu mhux magħruf.

It-Tabib David Nabarro, li qed imexxi l-ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Ebola, ma esklkudiex il-possibbilta li fil-ġranet li ġejjin ikun hemm splużjoni ta’ każijiet.