Internazzjonali

Il-Papa Franġisku jċempel lill-ġenituri ta’ James Foley

Il-Papa Franġisku ċempel direttament lill-ġenituri tal-ġurnalist Amerikan James Foley (ritratt), li nqatel brutalment minn militanti Iżlamiċi fis-Sirja. Mal-ġenituri, li huma Kattolici, il-Kap tal-Knisja Kattolika esprima personalment is-sogħba tiegħu għal dak li ġara.

Sadattant, kien żvelat li l-militanti Iżlamiċi kienu talbu lill-ġenituri ta’ Foley is-somma ta’ €100 miljun biex jeħilsuh. L-Istati Uniti qalet li l-militanti Iżlamici tal-ISIS huma l-akbar theddida ta’ bħalissa u mhux waħda li se tgħeb faċilment.

Hu stmat li l-militanti Iżlamiċi fis-Sirja għandhom f’idejhom madwar 20 barrani, minn ġurnalisti għal ħaddiema umanitarji, fosthom żewġ nisa Taljani.