Corey Griffin, il-filantropu li għen fl-introduzzjoni tal-‘ALS ice bucket challenge’ biex jiġġenera l-fondi għal tip ta’ sklerożi magħrufa bħala ALS (Amyotrophic lateral sclerosis), għereq waqt inċident li seħħ lil hinn mill-kosta ta’ Nantucket, f’Massachusetts.
Griffin, li kien għad għandu 27 sena, tilef ħajtu meta qabeż mill-għoli, għal ġol-baħar, u minkejja li tela’ darba fil-wiċċ, sab ruħu f’diffikultà u għereq ftit minuti wara.
Hu kien għamel l-almu tiegħu biex l-‘ice bucket challenge’ issir sensazzjoni fuq l-internet u rnexxielu, tant li l-filmati rilevanti li qed jiċċirkolaw illum saru viral.
Corey Griffin ħareġ b’din l-idea wara li hu sar jaf li l-ħabib tiegħu, Pete Frates, kien qed ibati mill-ALS. Intant, Griffin kien ikkuntattja lil missieru, qabel mewtu, u qallu li hu kien ferħan se jtir għas-suċċess tal-kampanja tiegħu. Fil-fatt, Corey Griffin irnexxielu jiġġenera mal-$100,000 waqt attività ta’ ġbir ta’ fondi, xi sigħat biss qabel it-traġedja.
//= $special ?>