Wara ġimgħatejn ta’ telf f’bosta swieq finanzjarji madwar id-dinja, rajna is-swieq jibdew jirkupraw. L-inkwiet f’diversi pajjiżi kompla, iżda, bħal donnu is-swieq ma tantx kienu affettwati. Bosta analisti qalu li l-attenzjoni tal-mezzi tax-xandir naqsu milli jirrappurtaw l-inkwiet fil-Lvant Nofsani u fl-Ukrajna. Għaldaqstant, is-swieq waqfu jirreġistraw telf. Diversi opinjonisti oħrajn stqarrew li investituri daħlu fis-swieq biex jixtru b’dawn il-prezzijiet irħas.
Is-swieq Amerikani Dow Jones u S&P 500 raw żidiet tajba fl-aħħar jiem. L-ishma tal-kumpanija internazzjonali Apple laħqu l-ogħla prezz fl-istorja tagħhom. Għall-kuntrarju, il-prezz taż-żejt jinsab fl-aktar livell baxx għal dawn l-aħħar 10 xhur. L-indikazzjonijiet huma li l-prezz taż-żejt se jibqa’ f’dawn il-livelli sal-aħħar tas-sena.
Bank of America ra żieda ta’ 10% s’issa f’Awwissu, wara ftehim mal-Gvern Amerikan dwar xi djun. L-ishma ta’ dan il-Bank xorta waħda jinsabu madwar 10% anqas fil-valur minn kemm kienu f’April li għadda. Hewlett Packard irreġistrat titjib fid-dħul, li wassal biex l-ishma komplew jogħlew fil-prezz. Fi Frar kellhom prezz ta’ $28 u issa dan tela’ għal $37. L-ishma ta’ eBay ukoll raw żieda tajba fl-aħħar jiem. Fil-bidu ta’ Ġunju, dawn kienu niżlu għal $49 u issa jinsabu $57. Jidher li xi żviluppi fil-Paypal waslu għal dan.
Fl-aħħar jiem, l-Isterlina kompliet tiddgħajjef kontra bosta muniti, filwaqt li d-Dollaru Awstraljan issaħħaħ kemm mal-ewro kif ukoll mad-Dollaru Amerikan.
Fit-tieni l-akbar ekonomija dinjija, rajna tnaqqis fil-manifattura matul Awwissu. Jidher li l-ekonomija taċ-Ċina mhux se tikber kemm mistenni matul din is-sena. L-indikazzjonijiet juru li minkejja li l-ekonomija Ċiniża qed tikber, din mhux qed tikber biżżejjed u tinsab f’livelli baxxi li ilna ma naraw bħalhom mill-1990. Dan qed iwassal għal aktar pressjoni fuq l-awtoritajiet biex itejjbu l-mod kif jaħdmu s-swieq.
Dan l-artiklu hu miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltd | www.mpmci.net | tel 21493250
L-informazzjoni u l-ħsibijiet inklużi fl-artiklu huma pprovduti għal skop ta’ edukazzjoni u informazzjoni biss u m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parir ta’ investiment.
//= $special ?>