Internazzjonali

Kunċert ta’ Miley Cyrus ipprojbit

Il-kummissjoni tal-Gvern li hi responsabbli mill-wirjiet għall-pubbliku f’dan il-pajjiż iddeċidiet li tipprojbixxi kunċert li kellha tagħti l-kantanta Amerikana, Miley Cyrus, fuq ‘raġunijiet ta’ moralità.

Kelliema għall-kummissjoni rreferew, fost affarijiet oħrajn, għall-ġesti ta’ Cyrus fuq il-palk, li, skont huma, imorru kontra l-moralità u t-tradizzjonijiet ta’ din is-soċjetà u li jistgħu wkoll ikunu suġġetti għall-pieni skont il-liġi Dominikana.

Il-kunċert kien ipprogrammat għat-13 ta’ Settembru u l-biljetti kienu ilhom għall-bejgħ minn Lulju. Intant, Miley Cyrus u r-rappreżentanti tagħha ma kkummentawx dwar dan il-pass mill-kummissjoni, u l-organizzaturi tal-kunċert lanqas ħarġu bi stqarrija relevanti.

Il-kritiċi ta’ Cyrus kemm-il darba kkundannaw lill-kantanta talli ġieli użat sensiela ta’ ġesti vulgari hi u tinterpreta l-kanzunetti live fuq il-palk.