Lokali

L-ikbar raddiena mekkanizzata b’tul ta’ 85 pied

Għada t-tentattiv biex tidħol fil-Malta Records

Is-Sibt għall-ħabta tal-11.30pm l-Għaqda tan-nar San Bartilmew ta’ Ħal Għargħur se tipprova tikser rekord tal-ikbar raddiena mekkanizzata b’dijametru ta’ 85 pied. Dan se jsir biswit l-oratorju tal-kappillan fil-lokalita’ li fi tmiem din il-ġimgħa qed tiċċelebra l-festa tal-padrun tagħha.

Wara ġimgħat sħaħ ta’ ħidma membri tal-għaqda tan-nar qed jisperaw li din tirnexxi ħalli jgawdu l-frott ta’ ħidmiethom.