L-eks Prim Ministru Irlandiż, Albert Reynolds, miet fl-eta ta’ 81 sena, wara li kien ilu s-snin ibati bi problemi tas-saħħa, li kienu jinkludu l-marda Alzheimer’s.
Reynolds serva bħala Taoiseach (Prim Ministru) għal ftit anqas minn tliet snin – minn Frar tal-1992 sa Jannar tal-1993 u għal darb’oħra, bejn Jannar tal-1993 u Diċembru tal-1994.
Albert Reynolds irtira mill-politika fl-2002 u qabel mewtu kien wasal ‘fil-fażijiet finali’ tal-Alzheimer’s, fejn kellu bżonn il-kura fuq bażi ta’ 24 siegħa, kuljum.
//= $special ?>

