Fl-aħħar leġiżlatura, lejn tmiemha, kien hawn ħafna kritika dwar is-servizz tat-trasport pubbliku, li ma kienx qed jiħlaq l-aspettativi ta’ min jagħmel użu minnu.
L-Arriva issa telqet. U l-Gvern issa ħabbar li għażel l-operatur il-ġdid. Imma s’issa s-servizz qed jitħaddem mill-kumpanija li waqqaf apposta l-Gvern stess. U xorta hawn ħafna tgergir, jekk mhux iktar milli kien hawn qabel. Dan is-sajf spikkaw b’mod partikolari lmenti l-ħinijiet twal ta’ stennija, is-sħana fuq tal-linja u karozzi mimiljin aktar milli suppost.
//= $special ?>