Konxji mill-importanza li fil-pajjiż tissaħħaħ il-kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider u l-mod kif dan jista’ jkun evitat, numru ta’ persuni ingħaqdu mal-orgnaizzazzjoni Europadonna u mxew tul ix-xatt ta’ Marsacala f’mixja li matulha l-parteċipanti żammew f’idejhom bżieżaq roża.
Spikkaw fost il-parteċipanti l-Ambaxxatriċi Amerikana għal Malta Gina Abercrombie-Winstanley li kienet akkumpanjata mill-Ambaxxatriċi Ampinkerikana għal-Libja Deborah Jones li bħalissa tinsab residenti Malta minħabba l-inkwiet fil-Libja.
Din kienet l-ewwel mixja li saret filgħaxija mill-organizzazzjoni Europadonna, li kellha l-appoġġ tal-HSBC f’din l-attivita.
Tul is-sena l-organizzazzjoni torganizza żewġ mixjiet oħra kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Fost il-parteċipanti kien hemm persuni li irnexxielhom jgħelbu l-marda tal-kanċer tas-sider u li bil-parteċipazzjoni tagħhom kienu qed jespirmu solidarjeta mal-persuni li jinsabu għaddejjin minn din l-isfida.
//= $special ?>