Lokali Saħħa

Sinjal ġdid dwar l-aċċessibbiltà

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbiltà (KNPD) ħabbret li ġie adottat simbolu ġdid dwar l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà. Dan is-simbolu jibni fuq l-International Symbol of Access, li issa mdorrijin bih iżda li jindika ċerta passività fil-persuna b’diżabbiltà.

Dan is-sinjal ġdid, magħruf bħala Disability Icon, hu disinn tal-Amerikani Tim Ferguson-Saunder, Brian Glenney and Sara Hendren. Kulma jmur, dan qed jikseb popolarità internazzjonali mal-attivisti fil-qasam tad-diżabbiltà għax juri lill-persuna b’diżabbiltà f’qagħda aktar dinamika li jridu jkunu involuti fil-ħajja ta’ kuljum u mhux spettaturi passivi għal dak li jiġri madwarhom.

Dan is-sinjal il-ġdid gie approvat ukoll minn Transport Malta, bil-KNPD tappella lill-pubbliku biex jagħraf u juża’ dan is-sinjal.