Lokali

Tletin priġunier pożittivi għad-droga f’Kordin

Drogi varji - ritratt mill-arkivji

Dan is-sit jista’ jiżvela informazzjoni li għandu li fl-aħħar ġimgħatejn, madwar tletin prigunier instabu pożittivi għal testijiet tad-droga li saru fil-Habs.

Informazzjoni li madanakollu nżammet mistura mill-Ministeru tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali li fl-ebda hin ma hareg stqarrija kif jaghmel issoltu.

Fil-fatt, informazzjoni li ksibna mill-qalba tal-Habs ta’ Kordin tgħid li fl-aħħar ħmistax, saru madwar mitejn test tal-urina fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin biex ikun stabbilit jekk hemmx prigunieri li ħadu d-droga fil-ħabs. Minn dawn il-mitejn test, tletin minnhom irriżultaw fil-pożittiv.

Sorsi qrib il-Habs qalulna li l-mitejn persuna li għamlu t-test intagħżlu speċifikament minn uffiċjali għoljin fil-ħabs.

Fost id-droga kkunsmata minn dawn it-tletin priġunier, u li t-testijiet tal-urina tagħhom irriżultaw fil-pożittiv, hemm droga eroina u droga kokaina.

L-informazzjoni li għandna tindika li minn dawn it-tletin priġunier, madwar ħamsa sarilhom dan it-test hekk kif daħlu lura l-ħabs minn ‘prison leave’ jew inkella minn barra wara li ngħataw permess li joħorgu mill-Faċilita’ biex jagħmlu xi xogħol fil-komunita’. Jidher li uħud minn dawn it-tletin prigunier ingħataw kastig billi gew trasferiti għal ċertu żmien f’diviżjoni numru sitta.

Din it-taqsima tal-ħabs, magħrufa mal-priġunieri u l-uffiċjali tal-ħabs bhala ‘Division 6’, tintuża biex fiha jitpoggew il-priġunieri li jkunu ngħataw kastig għal xi nuqqas li jkunu wettqu waqt li jkunu qed jiskontaw is-sentenza taghhom. Informazzjoni li ksibna pero’ tindika f’din id-divi]joni jispikkaw nuqqasijiet bażiċi, fosthom nuqqas ta’ igjene.

Għal xi raġuni jidher li mhux il-priġunieri kollha li ġew trasferiti f’din id-Divizjoni bħala kastig għax inqabdu bid-droga, ġew trattati l-istess u l-ammont ta’ ġranet li qattgħu f’dan il-post ma kienx l-istess għal kull priġunier. Kien hemm uhud li qattgħu perjodu ta’ żmien, u oħrajn li qattgħu żmien inqas.

Dwar dawn il-każi bagħtna numru ta’ mistoqsijiet lill-Ministeru tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali u staqsejna fost l-oħrajn jekk il-Ministeru jikkonfermax li fl-aħħar gimgħatejn madwar tletin prigunier ittestjaw positive għall-konsum tad-droga. Staqsejna wkoll x’passi ttieħdu fil-konfront ta’ dawn il-prigunieri u għal liema raguni dawn il-każi nżammu mistura mill-pubbliku.

Dak li qed jigri fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin jikkuntrasta bil-kbir mas-suppost riforma li qed issir mill-Gvern fil-ħabs, li fl-aħħar gimgħat kien għal darb’oħra fiċ-ċentru tal-attenzjoni wara li zewg prigunieri li kienu fuq ‘prison leave’ irritornaw lura l-ħabs xurbana. Dakinhar, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali kien giddeb lill-Ministeru tal-Intern li kien qal li mhux veru li l-prigunieri kienu rritornaw il-ħabs xurbana wara li marru l-festa ta’ San Gejtanu – dan minkejja li sitt uffiċjali tal-ħabs kienu xhieda li testijiet tal-breathalyser kienu rriżultaw fil-pożittiv.