Fl-aħħar jiem ta’ Awwissu, il-lokalità tan-Nadur f’Għawdex se tkun qed tospita t-12-il edizzjoni tad-Delicata Gozo Wine Festival. Din l-attività, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tan-Nadur, se ssir bejn il-Ġimgħa, 29 u l-Ħadd, 31 ta’ Awwissu mis-7pm ‘il quddiem fi Ġnien il-Kunsill.
Minbarra li jgawdi minn inbejjed differenti, min jattendi għall-attività se jkun jista’ jgawdi minn spettaklu ta’ divertiment kull filgħaxija. Barra minn hekk, wieħed se jkun jista’ wkoll jixtri x’jiekol minn diversi stands b’tipi ta’ ikel differenti, jew minn żona bl-imwejjed.
Biex jagħmluha faċli wkoll għall-Maltin li jkunu jixtiequ jattendu għad-Delicata Gozo Wine Festival, l-organizzaturi ħadu ħsieb jorganizzaw servizz ta’ trasport shuttle bejn il-Port tal-Imġarr u l-Ġnien fin-Nadur.
Dan is-servizz speċjali se jkun provdut għal prezz ridott bir-ritorn inkluż, filwaqt li se jkun hemm ukoll is-servizz tat-trasport pubbliku.
Id-dħul għall-Wine Festival hu b’xejn, iżda min għandu aktar minn 17-il sena u jkun jixtieq jixrob l-inbid, jista’ jixtri tazza u jixrob mill-varjetà ta’ nbejjed li se jkun hemm.
//= $special ?>