Lokali

Il-Mument tal-Ħadd tiżvela l-pjan tal-Gvern għall-ħaddiema tal-Enemalta

Hekk kif il-Gvern Laburista għadu joġġezzjona milli jippubblika l-ftehim li laħaq mal-kumpanija Ċiniża Shangai Electric dwar l-ishma mixtrija fil-Korporazzjoni Enemalta, il-Ħadd il-gazzetta IL-MUMENT se tiżvela l-pjan li għandu l-Gvern Laburista għall-ħaddiema tal-Enemalta.

L-impjieg tal-ħaddiema tal-Enemalta se jintlaqat direttament mit-tibdil li qiegħed jiġi ppjanat mill-Gvern Laburista bl-għajnuna taċ-Ċiniżi, li huma wkoll involuti fil-proċess li mistenni jibda fi ftit tal-ġimgħat oħra.

Aktar dettalji dwar din l-aħbar li se tiżvela il-gazzetta IL-MUMENT, fil-ħarġa ta’ għada.