Lokali

FILMAT: Il-President ta’ Malta tilqa’ l-isfida tal-‘Ice bucket’

[headlines headline=”h3″ ]Il-KSU jagħti ħasla Presidenzjali lil Marie Louise Coleiro Preca[/headlines]

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca s-Sibt filgħodu laqgħet l-isfida tal-‘ice bucket’.

Fuq il-midja soċjali fl-aħħar jiem, il-famuża ‘Ice Bucket Challenge’ kisbet popolarita’ massiva, b’aktar minn ħamsin miljun dollaru li nġabru fl-aħħar jiem b’risq l-ALSA.org.

Is-Sibt filgħodu, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca ltaqgħet ma’ grupp ta’ studenti universitarji għal seminar ta’ nofs ta’ nhar bit-titlu ‘Sowing Seeds Together’. Is-seminar, organizzat mill-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) kien immirat lejn diskussjoni bejn il-President ta’ Malta u l-istudenti universitarji dwar modi kif l-istudenti jista’ jkollhom rwol aktar attiv fis-settur tas-solidarjeta’.

Wara s-seminar, il-President tal-Kunsill tal-Istudenti Universitarji Gayle Lynn Callus kellu l-privileġġ li jagħti tixriba minn fuq s’isfel lill-President ta’ Malta. Kollox jindika li din hija l-ewwel darba fl-istorja li l-President tar-Repubblika ta’ Malta ingħata(t) tixriba ilma bħal din.