Lokali

Jinżlu fit-toroq jipprotestaw kontra t-turisti arditi f’Barċellona

F’Barċellona fi Spanja qed isiru protesti mir-residenti kontra turisti li qed imorru u jġibu ruħhom ħażin.

F’din il-belt ewlenija Spanjola ilu jkun hemm ilmenti dwar t-turisti fis-sakra li qed ikun hemm imma jidher li l-qofol intlaħaq meta kienu pubblikati ritratti ta’ tliet żgħażagħ Taljani jduru z-zona ta’ La Barceloneta għarwenin.

Hu stmat li madwar 7.4 miljun żaru Barċellona fl-2012 imma issa r-resdienti ta’ din il-belt qalu li filwaqt li m’għandhom xejn kontra t-turiżmu, jekk se jmorru għall-btala hemm, dawn iridu jġibu ruħhom sew. F’Barċellona jgħixu 1.6 miljun persuna.

Residenti qalu li huma kienu xebgħu b’turisti żgħażagħ fis-sakra u l-istorbju u nuqqas ta’ rispett li juru għar-residenti. Huma qalu li dawn it-tip ta’ turisti li jiġu bl-irħis kienu qed igerrxu li turisti serji li jiġu biex jammriaw il-belt u bil-familji tagħhom u li fil-maġġoranza tal-każi jonfqu aktar flus.

Issa l-kunsuill lokali ta’ Barċellona qal li ma kienx se jittollera aktar aġir mhux xieraq mit-turisti u se jinforza regoli għal min jikri l-appartamenti.