Fid-dawl ta’ dak li qed naraw u nisimghu dwar il-persekuzzjoni tal-Insara fl-Iraq, attivita’ li ttellgħet is-Sibt filgħodu fil-Kunvent tad-Dumnikani fir-Rabat, kellha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar dan fost tfal minn skejjel primarji.
‘Pray, Play, Party’ inizjattiva konġunta bejn il-Moviment Kerygma u l-NGO ‘Aid to the Church in Need’, ġabret numru ta’ tfal flimkien għal mumenti ta’ talb, logħob u tagħlim. It-‘t-shirts’ imlibbsin kienu jirrapreżentaw is-simbolu li l-grupp Stat Iżlamiku qed jagħmlu fuq il-bibien biex jiddentifikaw in-nies insara, bil-messaġġ ‘jien nisrani’. Dawk li attendew taw ukoll donazzjoni għall-istess għan.
Fost il-ħafna attivitajiet, ittellgħet mima mit-tfal stess bl-isem ta’ ”Is-Samaritan it-tajjeb”, fejn wara, Fr. Charles Fenech anima d-diskussjoni b’relevanza għal dak li qed jiġri bħalissa fil-Lvant Nofsani, b’mod partikolari fl-Iraq.
//= $special ?>

