Lokali

Lifeguards jassistu Franċiż li waqa’ minn fuq blata f’Għawdex

Il-Ġimgħa, lifeguards tal-Emergency Response and Rescue Corps ġew mgħajta biex jassistu lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex isalvaw raġel Franċiż ta’ fuq 20 sena, wara li waqa’ minn fuq blata magħrufa bħala ‘Tal-Ħalfa’. Din il-blata tinsab qrib il-Bajja ta’ Ħondoq r-Rummien ġewwa Għawdex.

Fuq instruzzjonijiet tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-lifeguards marru bl-ambulanza tal-baħar ‘Lifesaver 1’ sabiex jassistu din il-persuna.

X’ħin waslu qrib ir-raġel, sabuħ fil-baħar jsoffri min dislokazjoni fi spallejh. Il-lifeguards qabżu l-baħar u marru qrib il-vittma. Wara li provdew l-għajnuna neċessarja hu ttieħed fil-Bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien fejn hemmhekk kien hemm ambulanza tistenna biex tieħu lir-raġel l-Isptar Ġeneral t’Għawdex għal aktar kura.