Futbol Sport

Mandzukic jagħti l-ewwel unur lil Atletico

Mario Mandzukic skorja l-ewwel gowl tiegħu ma’ Atletico Madrid li ssuperaw tim mimli stilel tar-rival Real Madrid biex rebħu s-Supercup Spanjola 2-1 aggregate.

Atletico rebħu t-tieni leg 1-0 b’gowl tal-Kroat wara biss żewġ minuti. Il-gowlkiper Moya li ħa post Courtois li rritorna ma’ Chelsea, xeħet ballun bit-tul li sab lil Griezman u l-Franċiż li kien akkwistat mingħand Real Sociedad dan is-sajf, kompla lejn Mandzukic li għeleb lil Iker Casillas.

Raul Garcia li kien l-aħjar plejer tal-logħba wkoll mar viċin għaċ-Champions ta’ La Liga fejn laqat il-lasta b’daqqa ta’ ras.
Atletico kellhom ukoll il-kowċ Diego Siemone mkeċċi talli taptap fuq ras ir-raba’ uffiċjal.

James Rodriguez kellu l-aħjar ċans għal Real b’żewġ xuttijiet li għaddew ftit barra.

L-istilla Kolombjana li kien skorja fl-ewwel leg kien imċaħħad ukoll mill-gowlkiper Miguel Angel Moya.

Rodriguez kien wieħed mill-aħjar plejers ta’ Real fil-Vicente Calderon, b’Gareth Bale, Toni Kroos u Karim Benzema kollha jiddiżappuntaw waqt li Cristiano Ronaldo rari ħoloq periklu meta daħal fit-tieni taqsima.
Real spiċċaw ukoll il-logħba b’għaxar plejers meta l-midfielder Luka Modric intwera t-tieni karta safra għal fawl fuq Rodriguez fil-ħin miżjud.