Futbol Sport

Mario Muscat mistenni jgħaqqad il-500 logħba

KAMPJONAT PREMIER: Illum l-eks gowlkiper internazzjonali Malti ta’ Hibernians Mario Muscat, mistenni li jingħata ċ-ċans mill-kowċ Branco Nisevic biex ikun jista’ jidħol fl-istorja tal-futbl Malti bħala l-ewwel u l-uniku plejer li qatt lagħab 500 logħba fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti. Hibernians li fl-ewwel ġurnata rebħu 3-0 lil Floriana, illumn fit-8.30 p.m. jilagħbu kontra Qormi.

Muscat rebaħ kull unur li joffri l-futbol Malti u barra li kien captain għal snin twal kien ukoll wieħed mill-pilastri ta’ Hibernians.
Huwa kien iddebutta fl-ogħla diviżjoni fit-8 ta’ Settembru tal-1993 meta dakinhar Hibernians kienu mmexxija minn Brian Talbot u minn dakinhar lagħab 22 staġun dejjem ma’ Hibernians fl-eċċezzjoni tal-istaġun li għadda meta kien misluf fit-tieni parti tal-istaġun, fl-aħħar jum ta’ Jannar, lil Vittoriosa Stars.

Bosta jsostnu li Muscat lagħab il-500 logħba tiegħu fil-Premier il-ġimgħa l-oħra peress li qed tiġi nkluża wkoll id-decider bejn Vittoriosa Stars u Naxxar Lions fi tmiem l-istaġun li għadda. Madankollu għaddej dibattitu għaliex din il-logħba ma kinitx inkluża fil-klassifika finali.

Hu x’inhu l-każ, illum Muscat qed jittama li jilħaq il-ħolma tiegħu b’riżultat pożittivi kontra Qormni FC, tim li bħal Hibernians ukoll bed al-kampjnat b’rebħa 1-0 fuq Naxxar Lions.