Lokali

Partijiet minn Tas-Sliema, Paceville u l-Gżira mingħajr dawl

Għal darb’oħra, inqatgħat il-provista tad-dawl f’partijiet minn pajjiżna. Din id-darba kien imiss partijiet mil-lokalitajiet ta’ Tas-Sliema, il-Gżira u San Ġiljan, b’mod partikolari ż-żona ta’ Paceville.

Jidher li l-provista tad-dawl għal dawn il-postijiet ilha maqtugħa għal mill-inqas nofs siegħa, b’bosta jesprimu tħassib dwar kif din is-sitwazzjoni se toħloq problemi għal kummerċ, b’mod partikolari minħabba li seħħet is-Sibt filgħaxija, meta eluf iżuru dawn iż-żoni għal mistrieħ tagħhom.