Lokali

Tifel ta’ 3 snin jittajjar f’Marsaskala

Tifel ta’ 3 snin kellu jittieħed l-isptar Mater Dei wara li ttajjar minn vettura f’Wied il-Għajn.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-3.45pm fi Triq Sant’Anna f’Marsaskala meta t-tifel, li hu ta’ nazzjonalita’ Żvizzera, ttajjar minn vettura tat-tip Renault Megane li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 43 sena minn Wied il-Għajn stess.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-isptar Mater Dei.

Il-kundizzjoni tat-tifel għadha m’hiex magħrufa.