Hu stmat li tal-anqas 170 immigrant mietu barra mill-kosta Libjana. Dan wara li l-lanċa li biha kienu qed jippruvaw jaqsmu lejn l-Ewropa għerqet.
L-awtoritajiet Libjani sa tard ilbieraħ kienu sabu 15-il katavru biss u 16 instabu ħajjin. Imma l-indikazzjonijiet huma li abbord il-lanċa kien hemm mal-200 persuna.
Imma l-awtoritajiet Libjani huma pessimisti li jsibu kemm aktar nies ħajjin kif ukoll katavri. Dan peress li għad-dispożizzjoni tat-tfittxija hemm biss lanċa waħda.
Nhar il-Ħamis hu rappurtat li kienu salvati 75 immigrant wara li kienu ilhom ħamest ijiem fil-baħar.
Il-lanċa għerqet madwar 60 kilometru mill-kosta ta’ Tripli.
Il-Gvern Taljan din is-sena kien ta bidu għall-ħidma magħrufa bħala Mare Nostrum li fiha l-Qawwa tal-Baħar Taljana żiedet il-preżenza tagħha barra l-kosta Libjana beix ikunu evitati traġedji simili.
//= $special ?>