Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn April u Ġunju li għadda, 820 persuna kellhom inċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol; tnaqqis ta’ 39 inċident fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra.
Mill-istatistika jirriżulta li l-akbar numru ta’ inċidenti mhux fatali kienu reġistrati fis-settur tal-manifattura, fejn dawn l-inċidenti ammontaw għal kwazi 23 fil-mija tat-total.
Setturi oħra li fihom isiru numru ta’ inċidenti huma l-kostruzzjoni, l-akkomodazzjoni, it-trasport u x-xogħol koness ma’ ħażna ta’ materjal.
L-istatistika turi wkoll li l-maġġoranza kbira ta’ dawk li kellhom inċident mhux fatali bejn Aprril u Ġunju 2014 kienu rgiel, tant li dawn ammontaw għal 676 raġel waqt li kien hemm 144 mara li kellha incident fuq il-post tax-xogħol f’dan il-perjodu.
Bejn April u Ġunju li għadda ma kien rapportat l-ebda inċident fatali fuq il-post tax-xogħol waqt li fl-istess perjodu tas-sena li għaddiet seħħu żewġ inċidenti fatali.
Jirriżulta li aktar minn kwart tal-inċidenti mhux fatali li seħħew fuq il-post tax-xogħol involvew persuni bejn il-25 u l-34 sena.
//= $special ?>