Internazzjonali

Aktar attakki mill-ajru fi Tripli

ARKIVJI

Reġa’ kien hemm attakk ieħor mill-ajru fuq Tripli. Attakki li l-militanti Iżlamiċi qalu li kkawżaw il-mewt ta’ 15-il ġellied minn tagħhom.

Diġà kien hemm attakk mill-ajru ieħor ġimgħa ilu fuq Tripli u kien hemm suspetti dwar ta’ min kienu l-ajruplani għalkemm l-Istati Uniti, in-NATO u l-Eġittu lkoll ċaħdu li kellhom x’jaqsmu. Ir-responsabbiltà kienet ittieħdet mill-forzi tal-eks :eneral Libjan Khalifa Haftar imma ħafna ma kinux konvinti minn dan.