Il-qtugħ tal-għeneb mid-dwieli tas-Siġġiewi kien iċ-ċentru tal-attivita ‘Festa Għeneb’ organizzata mill-kunsill lokali tas-Siġġiewi.
B’aktar minn 530,000 metru kwadru ta’ dwieli, is-Siġġiewi hu l-lokalita bl-ikbar numru ta’ ta’ dwieli f’Malta fejn hu stmat li iktar minn madwar 400 familja mir-raħal huma direttamet involuti fit-tħawwil u ż-żamma ta’ varjeta kbira ta’ dwieli.
Kien fl-aħħar ssnin li numru kbir ta’ raba’ fis-Siġġiewi rega beda jintuża għal skop ta’ tkbabir tad-dwieli u ghalhekk hafna art li qabel kienet agrikola reġgħet bdiet tintuża ghall-agrikoltura.
Dan l-aspett kellu effetti pożittivi kemm fuq l-aspett ambjentali tas-Siġġiewi kif ukuoll fuq il-familji li huma involuti f’din l-attivita.
Fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festa Għeneb sar l-għasir tradizzjonali tal-għeneb f’vaska kbira tal-ġebel mibnija fi Pjazza San Nikola, saret kompetizzjoni tal-inbid u wiri u bejgħ ta’ varjeta kbir ta’ għeneb u inbid.
L-attivita inkludiet ukoll ikel tradizzjonali Malti u muzika, kant u divertiment bis-sehem ta’ artisti Maltin. Tul l-attivita inġabru wkoll fondi b’risq id-Dar tal-Providenza, li wkoll tifforma parti mill-komunita tas-Siġġiewi.
//= $special ?>