Wara s-suċċess fl-2011 tal-Gran Operatic Concert, il-Classique Foundation se tkun qed tippreżenta kunċert ieħor bl-isem ta’ Grand Operatic Concert 2014. Il-line-up huwa wieħed stabilit li jinkludi ‘arias u duets mill-opri l-aktar popolari fosthom Verdi Puccini, Boito u Catalani fost l-oħrajn.
Din is-serta se ssir nhar is-Sibt 8 ta’ Novembru 2014 fis-7:30pm fit-Teatru tal-Opra Aurora r-Rabat Għawdex.
Classique Foundation hija organizzazzjoni bl-għan li tippromwovi l-kultura tal-mużika fil-Gżejjer Maltin u organizzat diversi kunċerti fosthom Celebrity Concert u Verdi in concert
Il-biljetti għal dan il-kunċert jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku www.teatruaurora.com jew b’email grandoc2014@gmail.com jew billi ċċempel fuq 7953 8846 jew 7955 1871. Il-biljetta qedin għall-prezz ta’ €15 u €10
//= $special ?>