Mara minn Florida fl-Istati Uniti ngħatat attenzjoni speċjali minn uffiċjali tad-dwana fl-ajruport ta’ Detroit meta kienet se titla’ fuq ajruplan li kien se jittajjar lejn il-Filippini. Rawlha sidirha kbir wisq għad-daqs ta’ ġisimha.
Victoria Faren, ta’ 78 sena, x’aktarx titlef $40,000 fi flus kontanti li ħbiet fi ħwejjiġha u f’bagalja meta nqabdet bihom f’April li għadda.
Faren kienet għadha kif biegħet darha għal $120,000 u ppruvat toħroġ xi flus minnhom biex tiddepożitahom fil-Filippini għax temmen li hemmhekk ikunu aktar fis-sigur. Qalet ukoll li ħbiethom għax kienet taf li kien illegali li toħroġ tant flus barra l-pajjiż.
//= $special ?>